O Missier tini imħabbtek
Żiffa ħelwa ta' fejqan
Din imħabbtek li ħelsitni
Ġabet fija kull serħan
O Missier l-Ispirtu tiegħek
Ibagħat fija f'dan il-ħin
Spirtu li iġib il-paċi
U mill-ħtija il-ħelsien
Ejja fija Spirtu Mqaddes, oħloq fija spirtu ġdid
Ħalli n-nifs tiegħek iġedded, jagħmel bija dak li jrid
Ejja fija Spirtu Mqaddes, il-vojt fija bik imlih
'Il fuq erfa' lil din ruħi itlob fija minnu fih
Okrob fija Spirtu Mqaddes
Meta talbi jsib is-skiet
Ħollni minn kull rabta vojta
Li lil ħajti tifni bdiet
Spirtu t'Alla lili qaddes
Biegħed minni kull tinġis
Waħħadni miegħek għal dejjem
Ħaddanni Spirtu qaddis
Itlob fija minnufih
Spirtu Mqaddes