Isma' leħni waqt li nressaq talbi lejk
Għalkemm dalma hemm madwari nasal ħdejk
Int minn dejjem blata tiegħi, la tkunx illum trux miegħi
Tibqax sieket għall-krib tiegħi merfugħ lejk
Poplu mweġġa', poplu mjassar fik jistkenn
Isma' talbu, isma' kribu f'dan il-hemm
Fik ifittex li jistrieħ għax f'wegħdietek emmen sħiħ
Kun int dejjem bħall-imgħoddi blat ta' kenn
Iżd'int smajt il-leħen tiegħi, O Mulej
U lid-dieq u l-għali tiegħi ġibt fix-xej'
Fik nittama Alla tiegħi, hu f'idejk id-destin tiegħi
Ha tkun dejjem il-kenn tiegħi għal li ġej
Kemm hi kbira dik tjubitek għal kull min
Juri li fik biss jintelqu l-bnedmin
Lilhom tagħraf b'ulied tiegħek, jidħlu ħdejk fit-tinda miegħek
Jilmħu l-ġmiel u l-kobor tiegħek, għal kull ħin
Alla tiegħi int minn dejjem u għal kull żmien
Jiġri x'jiġri, naf li nsibek kullimkien
Tifraħ qalbi fi tjubitek u tithenna fi sbuħitek
Magħqudin fl-Ispirtu tiegħek, Int u jien
Iżd'int smajt...