Kemm stennejt dan il-mument
Tiġi tiftaħ qalbek miegħi
Kemm stennejt li ssib ftit ħin
Li tiġi dduq l-imħabba tiegħi
Minni ħrabt, minni nħbejt
Imma naf kemm int sofrejt
Sewwa, sew minn xiex għaddejt
U f'ħajtek kemm batejt
(Għax naf li) ħadd ma jħobbok bħali
Le, ħadd ma jħobbok bħali
(Jien is-salib għażilt biex flokok nagħti ħajti)
Le, ħadd ma jħobbok bħali
Naf sew dak li int trid tgħid
Għalkemm qatt ma tkellimt miegħi
Naf sew dak li qalbek tħoss
Għalkemm qatt ma qsamt xejn miegħi
Fi tfixkil dejjem kont ħdejk
Jien miegħek hemm imxejt
Sa rfajtek minn idejk
Meta għal kollox kont għajjejt
(Għax naf li) ħadd ma jħobbok daqsi
Le, ħadd ma jħobbok daqsi
(Hemm fis-salib għalik il-prova għandi)
Kemm ħadd ma jħobbok daqsi
Jien miegħek ser inkun, ikun xi jkun li jiġri f'ħajtek
Għal dejjem nibqa' nkun qawwa għalik - ġo qalbek
Għax ħadd ma jħobbok bħali
Le, ħadd ma jħobbok bħali
(Le ħadd ma jħobbok bħali
Fis-salib il-prova għandi)
Kemm ħadd ma jħobbok daqsi
Għax ħadd ma jħobbok daqsi
Le ħadd ma jħobbok daqsi
Jien is-salib għażilt biex flokok nagħti ħajti
(Le, ħadd) Le, ħadd ma jħobbok daqsi
Jien miegħek nibqa' nkun - f'imħabbti